Il-Karnival fil-Belt qed jattira n-nies u t-traffiku

Hekk kif illum l-Karnival qed jilħaq il-qofol tiegħu, għadd kbir ta’ nies jinsabu fi triqithom għall-Belt Valletta biex jaraw l-ispettaklu speċjali li jsir kull sena fil-Ħadd tal-Karnival.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li bħalissa hemm konġestjoni kbira tat-traffiku fil-Ħamrun u l-Imsida fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta riżultat ta’ dan.
Illum wara nofsinhar fi Pjazza San Ġorġ il-Belt se jkun hemm spettaklu speċjali bil-parteċipazzjoni ta’ diversi kumpaniji taż-żfin.
Ritratti: Ian Noel Pace u MRTU