Il-Karkariżi b’lejla Maltija għal San Ġużepp

Il-Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem ta' Birkirkara se torganizza Lejla Maltija għall-familja kollha bi tħejjija għall-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.
Waqt din l-attività, se jkun hemm ikel u xorb tradizzjonali Malti, kif ukoll divertiment u kant minn kantanti stabbiliti bħal Chiara, Deborah C, Josef Tabone, Malcolm Pisani u oħrajn.
Barra minn hekk se tittellgħa wkoll wirja ta' karozzi militari, bil-kollaborazzjoni ta' Battlefields Reenactment Group. 
Se jkun hemm ukoll sketches komiċi, logħob għat-tfal u diversi attrazzjonijiet oħra.
L-attività se tittellgħa nhar is-Sibt, 22 ta’ April, fis-7.30pm. Il-post huwa Triq Gori Mancini, biswit il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp Ħaddiem.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace