Il-Kardinal tal-Etijopja ma tħalliex jidħol fl-Eritrea

Il-Kardinal Beharneyesus

Il-Kap tal-Knisja Kattolika fl-Etijopja, ma tħalliex joħroġ mill-ajruport tal-Eritrea fejn wasal fi tmiem il-ġimgħa biex jieħu sehem f’okkażżjoni partikolari.

Stqarrija tal-Knisja qalet li l-Kardinal Berhaneyesus Demerew ingħata visa biex imur fl-Eritrea li saret meħtieġa wara li fl-2018 kien  iffirmat ftehim ta’ paċi bejn iż-żewġ pajjiżi. Iżda malli wasal fl-Ertirea l-uffiċjali fl-ajruport ma ħallewħx jidħol fil-pajjiż għax qalu li kellhom “ordnijiet minn fuq”.

Minn meta s-sena li għaddiet il-Knisja fl-Eritrea kienet sejħet għal riformi politiċi fil-pajjiż, il-Gvern beda jiddejjaq bil-Knsja.  Fil-fatt il-Gvern għalaq l-iskejjel u l-isptarijiet immexxija mill-Knisja bi skuża li kien qed jimplimenta liġijiet antiki li jgħidu l-korpi reliġjużi ma jistgħux imexxu istituzzjonijiet simili.

L-Eritrea li hi mmexxija mill-President Isaias Afwerki ma għandhiex kostituzzjoni u qatt ma għamet elezzjonijiet nazzjonali.

Min-naħa l-oħra l-Prim Ministru tal-Etijopja, Abiy Ahmed, is-sena li għaddiet ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi wara li kien irnexxielu jwaqqaf kwestjoni militari mal-Eritrea li kien ilha sejra mill-gwerra li kien hemm bejn dawn iż-żewġ pajjiżi Afrikani bejn l-1998 u l-2000.

The country, led by President Isaias Afwerki, does not have a functioning constitution and has never held a national election.

Il-Kardinal Berhaneyesus

Dan is-saċerdot hu rispettat ħafna fl-Etijopja fejn ħafna mill-insara huma membri tal-Knisja Ortodossa. Hu kien inħatar mill-Prim Minisru Abiy Ahmed biex imexxi l-Kummissjoni għar-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali.

Il-Kardinal kellu jmur l-Eritrea għaċ-ċelebrazzjoni li tfakkar il-50 anniversarju mill-bini tal-Katidral Kidane Mehret li jinsab fil-kapitali Asmara fejn kellu jingħaqad ma’ qassisin oħra għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

Huwa wasal fl-ajruport ta’ Asmara is-SIbt iżda kellu jitlaq lura lejn l-Etijopja l-għada wara li anqas irnexxielu jiltaqa’ mal-folla li nġabret biex tagħtih merħba. Il-Gvern tal-Eritrea għadu m’għamel ebda kumment dwar dan l-inċident.

Il-Kattoliċi fl-Eritrea jammantaw għal madwar 4% biss tal-popolazzjoni tal-pajjiż.

Roman Catholics make up about 4% of Eritrea’s population. Il-Knisja Kattolika hi waħda minn erba’ gruppi reliġjużi biss li jitħallew jeżerċitaw fil-pajjiż flimkien mal-Ortodossi Eritreani, il-Knisja Evanġelika Luterana u gruppi Islamiċi Sunni.

Il-Gvern Eritrean iqis gruppi reliġjużi oħra bħala strumenti tal-gvernijiet barranin.