Il-Kardinal Tagle jappella biex in-nisa u ż-żgħażagħ jingħataw sehem akbar fil-Knisja

Il-Kardinall Luis Antonio Tagle (xellug)

Il-Kardinal Luis Antoni Tagle li għadu kif inħatar biex imexxi l-missjoni tal-Evanġeliżazzjoni fil-Knisja, appella lill-Isqfijiet Asjatiċi biex isaħħu r-rwol tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-Knisja, partikolarment fil-qasam tal-media.

Il-kardinal Tagle li għadu kif inħatar Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Evanġeliżazzjoni tal-Popli  qal li għandna dover li nressqu aktar nisa u żgħżagħ, madwar il-mejda, skont ma’ kien rappurtat mill-aġenzija CBCP News. Sostna li uħud mill-aħjar komunikaturi huma nisa u żgħażagħ.

“L-istedina tiegħi lill-Konferenzi Episkopali fl-Asja hi biex jagħtu rwol akbar fit-tmexxija tal-Knisja lin-nisa u liż-żgħażagħ”, sostna l-Kardinal.

Huwa qal dan waqt li li nhar it-Tlieta kien qed jindirizza seminar ta’ tliet ijiem għal dawk li jaħdmu fil-media tal-Knisja fil-pajjiżi Asjatiċi, liema seminar sar fil-kwartieri ta’ Radio Veritas Asia li jinsab fi Quezon City.

Soru waħda

F’mument minnhom waqt li kien qed jitkellem innota li fis-seminar li kien organizzat mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Federazzjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet Asjatiċi, ma kienx hemm nisa u żgħażagħ, ħlief għal soru waħda.

At one point in his speech, he noted the lack of women and young participants in the seminar organized by the Federation of Asian Bishops’ Conferences — Office of Social Communication.

“Li jkollok nisa u żgħażagħ li jifhmu d-dinja diġitali aħjar minni, jekk ikunu mħarrġa tajba fl-Evanġelju u l-katakeżi, kapaċi jagħtuna ħafna pariri tajba. Għalhekk nittama li f’laqgħa oħra bħal din nara aktar uċuħ żgħażagħ u aktar nisa”, insista l-Kardinal Tagle.

Is-seminar fetaħ b’Quddiesa preseduta mill-Kardinal Rainer Woelki ta’ Cologne, fil-Ġermanja. Fl-Omelija tiegħu qal  li l-Konferenzi Episkopali jridu jkomplu jippreparaw għall-futur.

Iż-żewġ Kardinali mbagħad inawguraw u bierku l-Istitut tal-Komunikazzjoni Soċjali tal-Veritas Asia fejn se tinħoloq akkademju li tkun taħt is-superviżjoni diretti tal-Isqfijiet Asjatiċi.

Il-missjoni ta’ din l-Akkademja se jkun li tħarreġ ħaddiema għaso-servizz pastorali fl-era diġitali biex ikunu jistgħu jaħdmu fl-għalqa li hi magħmula minn diversi networks soċjali.