Il-Kardinal Prospero Grech jingħata l-aħħar tislima l-Ħamis

Read in English.

Il-funeral tal-Kardinal Prospero Grech se jsir nhar il-Ħamis li ġej fil-Vatikan.

Propju fit-tieni jum tas-sena l-ġdida, il-komunità Nisranija se tagħti l-aħħar tislima lill-Kardinal Malti fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-11.30am. L-Arċisqof Charles Scicluna se jikkonċelebra fil-quddiesa tal-funeral.

Il-Kardinal kien għadu kemm għalaq 94 sena lejlet il-Milied meta lbieraħ għadda għall-ħajja ta’ dejjem.

Il-Kardinal Grech twieled fl-24 ta’ Diċembru tal-1925, kien jifforma parti mill-Ordni Agostinjana u kien wieħed mill-fundaturi tal-Istitut Patristiku Agostinjan f’Ruma. 

Kien l-Istituto Patristico Augustinianum ta’ Ruma li ħabbar fuq il-mezzi soċjali l-aħbar li kien miet il-Kardinal Grech li kien ewwel President tal-Istitut. Fi Frar ta’ 8 snin ilu, il-Papa Emeritu Benedittu XVI kien ħatru bħala t-tieni kardinal Malti.