Il-Kardinal Nichols jappella biex ikunu salvati komunitajiet insara fl-Iraq

Il-Kardinal Nichols u l-Arċisqof Warda flimkien ma' dinjitarji oħra miħ-ħewġ knejjes

Il-Kap tal-Kattoliċi fl-Ingilterra u Wales għamel sejħa urġenti biex jinbnew mill-ġdid il-komunitajiet tal-insara persegwitati fl-Iraq u minoritajiet oħra li waslu biex ikunu estinti.

Fi stqarrija li ħareġ, il-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta’ Westminster qal li “Hemm bżonn urġenti li jinbnew mill-ġdid bliet u rħula fil-Pjanura ta’ Nineveh, fl-Iraq li tkissru mill-ISIS u terġa’ tinbena t-tama u l-fiduċja fir-reġjun”.

Magħquda fit-talb

Filwaqt li wera kif il-preżenza tal-insara f’Nineveh tmur lura għal aktar minn 2000 sena, il-Kardinal qal: “Aħna magħquda fit-talb u appoġġ għall-insara u minoritajiet oħra fir-reġjun li qed jippruvaw jibnu ħajjithom mill-ġdid”.

Il-Kardinal Nichols għamel dan il-messaġġ wara li ltaqa’ mal-Arċisqof Kattoliku Bashar Warda, ta’ Ebril, li kien qed  iżur Londra fuq stedina ta’ Aid to Church in Need li min-naħa din l-aġenzija Kattolika ta’ karita diġa offriet għajnuna ta’ emerġenza lill-insara persegwitati fir-reġjun.

Waqt li kien f’Londra, l-Arċisqof Warda talab lis-Segretarju tal-Affarijiet Barranin tal-Ingilterra, Jeremy Hunt biex pajjiżu jgħin lill-insara persegwitati fl-Iraq u appella lill-Gvern Ingliż biex iħeġġeġ lill-Iraq jissalvagwardja l-preżenza tal-monoritajiet fl-Iraq li n-numru tagħhom naqas drastikament.

Wara l-laqgħa mal-Arċisqof Warda, il-Kardinal Nichols iddeskriva ż-żjara li hu kien għamel fl-Iraq erba’ snin ilu eżatt wara l-invażjoni tal-militanti tal-ISIS li kienu ġiegħlu komunitajiet sħaħ jaħarbu mill-Pjanura ta’ Nineveh u Mosul minħabba theddid fuq ħajjithom.

Komunità li qed tisparixxi

Il-Kardinal Nichos li hu l-President tal-

Wara l-laqgħa mal-Arċisqof Warda, il-Kardinal Nichols iddeskriva ż-żjara li hu kien għamel fl-Iraq erba’ snin ilu eżatt wara l-invażjoni tal-militanti tal-ISIS li kienu ġiegħlu komunitajiet sħaħ jaħarbu mill-Pjanura ta’ Nineveh u Mosul minħabba theddid fuq ħajjithom.

tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Ingilterra u Wales iddikjara li: “Minn meta fl-2015 mort fl-Iraq u żort diversi kapijiet tar-refuġjati f’Erbil, bqajt imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-insara u minoritajiet oħra li jinsabu persegwitati”.

Qabel l-2003 kien hemm 1.5 miljun nisrani fl-Iraq. Dawn bdew jonqsu malajr u llum hemm biża’ li din il-komunità tisparixxi fost dikjarazzjonijiet ta’ ġenoċidju mill-ISIS kontra l-minoritajiet f’dak ir-reġjun.

L-Arċisqof Warda tkellem dwar il-bżonn urġenti li jkunu megħjuna l-insara li jridu jibqgħu jgħixu fl-Iraq. Hu għamel dan kemm fil-laqgħa mas-Segretarju tal-Affarijiet Barranin kif ukoll f’diskors li għamel fil-Parlament Ingliż f’attivita organizzata minn Aid to Church in Need.