Il-Kardinal Mario Grech l-ewwel persuna li se ssellem lill-Papa

Miguela Xuereb

Read in English.

Fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni tal-Konċistorju għall-Ħatriet ta’ 13-il Kardinal ġdid, li se ssir nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru, 2020, il-Kardinal Mario Grech se jkun l-ewwel persuna li jsellem lil Papa Franġisku.

Monsinjur Mario Grech huwa s-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.

Fi stqarrija d-Direttur tal-uffiċċju tal-istampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni kkonferma li ċ-ċelebrazzjoni se ssir is-Sibt 28 ta’ Novembru fl-4pm u se jinħatru 13-il kardinal ġdid.

Huwa ċċara li l-Kardinali-eletti Cornelius Sim – Vigarju Appostoliku ta’ Brunei u Jose F. Advincula – l-Arċisqof ta’ Capiz fil-Filippini mhux se jkunu preżenti, “imma xorta se jinħatru Kardinali fil-Konċistorju, hekk kif rappreżentant tal-Papa, f’ġurnata oħra li għadha ma ġietx iffissata, se jagħtihom berettin aħmar u ċurkett filwaqt li jassenjalhom titlu fi Knisja f’Ruma”. Madanakollu nhar is-Sibt li ġej, dawn xorta se jingħaqdu virtwalment fiċ-ċelebrazzjoni fil-Bażilika tal-Vatikan.

Il-Vatikan iddiskuta wkoll kif il-Konċistorju għall-Ħatriet tal-Kardinali se jkun qiegħed isir fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19.

Skont ir-rapporti tal-aħbarijeit tal-Vatikan ZENIT.ORG dawn il-protokolli se jkunu qegħdin fis-seħħ:

  • Iż-żjarat ta’ kortesija mhux se jsiru
  • Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Konċistorju mhux se jkollhom il-forma tal-Kappella Papali u se jkun hemm parteċipazzjoni limitata ħafna
  • Biljetti maħruġa mill-Prefett tas-Segraterjat tal-Vatikan se jkunu riservati biss għal dawk li se jakkumpanjaw il-Kardinali