Il-Kardinal Malti Prospero Grech se jmexxi l-meditazzjoni fil-bidu tal-konklavi

Hekk kif sar magħruf li l-Konklavi li jwasslu għall-ħatra tal-Papa l-ġdid probabbilment jibdew fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla, tħabbar li se jkun il-Kardinal Malti Prospero Grech li jmexxi l-meditazzjoni fil-bidu tal-Konklavi.

Mistoqsi mill-ġurnalisti waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem għas-Santa Sede, Patri Federico Lombardi iddeskriva lill-Kardinal Matli bħala espert dwar il-Missirijiet tal-Knisja. Kien propju għalhekk li intagħżel hu biex imexxi l-meditazzjoni.

Il-Kardinali li jieħdu sehem fl-għażla tal-Papa ġdid irid ikollhom inqas minn 80 sena. Il-kardinal Prospero Grech mhux se jieħu sehem f’din l-għażla peress li għandu 86 sena.