Read in English.
Il-Kardinal Mario Grech se jmexxi l-festi Ċentinarji mit-800 sena mill-Mewt ta’ San Duminku fil-Birgu.
Għada l-Ħadd, hu se jkun qed imexxi Pontifikal Solenni, fid-9:30 am.
Waqt il-Pontifikal il-Kardinal Grech ser jixgħel il-musbieħ taċ-Ċentinarju, li ser jibqa’ mixgħul matul is-sena kollha.
Il-Kongregazzjoni se tkun qed titmexxa mill-President George Vella flimkien ma’ għadd ta’ dinjitarji oħra.
Fis-7p.m. imbagħad ser issir Akkademja Mużikali, mtella’ mill-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own fil-Knisja tal-Lunzjata, li fiha ser jindaqq għall-ewwel darba innu ġdid lil San Duminku, miktub minn P. Alan Joseph Adami O.P. u b’mużika ta’ Mro. Raymond Sciberras.