Il-Kardinal George Pell iwieġeb mhux ħati għall-akkużi b’offiżi sesswali fuq it-tfal

L-avukat tal-Kardinal George Pell qal li George Pell se jwieġeb li mhux ħati għall-akkużi b’offiżi sesswali fuq it-tfal.
Hekk kif deher quddiem il-Qorti Awstraljana, l-avukat qal li l-Kardinal se jiddefendi l-innoċenza tiegħu.
Min-naħa tiegħu, George Pell baqa’ sieket waqt is-smigħ tal-kawża.
F’Ġunju, il-Vatikan kien ħabbar li l-Kardinall Pell se jieħu l-leave mill-kariga tiegħu ta’ Prefett tas-Segretarjat tal-Vatikan għall-Ekonomija sabiex imur l-Awstralja biex jidher quddiem il-Qorti.