Il-Kardinal Dziwisz mistieden f’Malta 10 snin wara l-mewt ta’ Ġwanni Pawlu II

Il-President ta’ Malta Mare-Louise Coleiro Preca stiednet lill-Kardinal Stanislaw Dziwisz biex jiġi Malta fl-għaxar sena mill-anniversarju tal-mewt ta’ Papa Ġwanni Pawlu II.
L-Arċisqof ta’ Krakovja, fil-Polonja, għal 40 sena kien is-segretarju tal-Papa Ġwanni Pawlu II.
Il-President ta’ Malta ltaqgħet miegħu fil-Kurja ta’ Krakovja fil-Polonja dalgħodu hekk kif żaret il-pajjiż biex attendiet għaċ-ċerimonja li fakkret is-70 anniversarju mill-ħelsien tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz.
Il-Papa maħbub minn ħafna, li ġie dikjarat qaddis f’April li għadda, miet fit-2 t’April ta’ 10 snin ilu.