Filmat: Il-karba ta’ Puttinu tatni s-saħħa tul il-mixja – Adrian Xuereb

Fi tmiem ta’ 25 servizz fil-Forzi Armati, Adrian Xuereb ħass il-bżonn li fil-ħin liberu li għandu, jagħmel xi ħaġa għall-ġid tal-oħrajn.
Dalgħodu Adrian reġa’ lura Malta mill-Cammino de Santiago fuq tul ta’ 800 kilometru fi Spanja.
Mistoqsi x’wasslu biex jidħol għal din l-isfida personali, huwa semma primarjament il-bżonnijiet kbar li qed jaffaċċa ‘Puttinu Cares’
Adrian Xuereb waqt li semma l-appoġġ kontinwu mingħand il-familjari bħala l-ikbar imbottatura li wasslitu għal din il-mixja, appella sabiex wieħed ikun ġeneruż u jkompli joffri l-għajnuna finanzjarja lil Puttinu.

Kull min jixtieq jgħin lil Puttinu jista’ jibgħat donazzjoni b’SMS fuq:

50617380 (€2.33),

5061 8939 (€6.99) jew

5061 9225 (€11.65)

jew inkella permezz ta’ depożitu l-HSBC fuq in-numru tal-kont: 089077341001 jew BOV fuq 40018122134.

Tista' ssegwi l-avventura ta' Adrian b'iktar ritratti fuq il-paġna ta' facebook.com/Cammino 4 Puttinu
Filmat: Reel8 Productions