Il-kapunata

Ritratt: Tanya Zammit

Riċetta u ritratt ta’ Tanya Zammit

Ingredjenti

brinġiela

basla

bżaru aħdar

qarabagħla

3 tewmiet

6 tadamiet

3 kuċċarini żejt taż-żebbuġa

ħabaq.

150g żebbuġ

50g kappar

Metodu

Aqsam il-brinġiela u poġġieha f’borma. Ferra’ fuqha 500ml ilma u 5 kuċċarini melħ u ħalli hekk għal 30 minuta. Wara laħlaħ tajjeb.

Qatta’ l-brinġiela fi kwadri kemxejn żgħar u aqli fuq sħana moderata. Imbagħad żid il-basla mqatta’, il-qarabagħli mqatta’ u l-bżaru aħdar u t-tewm imqattgħin ukoll. Żid il-ħabaq.

Qaxxar it-tadam u qattgħu biċċiet. Żid mal-ingredjenti l-oħra u sajjar fuq nar moderat għal 30 minuta.

Fl-aħħar żid il-kappar u ż-żebbuġ.

Il-kapunata tista’ tisserva sħuna jew kiesħa.