Illum se jiġi deċiż id-destin tal-kaptan tal-Lifeline?

Reuters

Illum il-Qorti se tkun qed tiddeċiedi jekk tagħtix id-digriet li l-kaptan tal-bastiment MV Lifeline jitħalla jżur lill-ommu fil-Ġermanja filwaqt li għadha ma nqatgħetx is-sentenza.

Is-seduta qasira se ssir fil-11am. Jekk jingħata l-permess, Claus-Peter Reisch, il-kaptan Ġermaniż ta’ 57 sena jitħalla jitlaq minn Malta għal ftit jiem.

Dan qed isir wara li fl-aħħar seduta, hu qal li jixtieq jmur lura d-dar biex jara l-ommu li għandha iktar minn 90 sena u li fil-jiem li ġejjin din se tkun qed tagħlaq sninha.

Hu qal ukoll li huwa l-unika persuna li jieħu ħsieb lill-ommu.