Il-Kaptan ta’ Sea-Watch f’post sigriet wara li ġiet mhedda

Reuters

Il-Kaptan Ġermaniża ta’ Sea-Watch 3 li sfidat lill-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini billi daħħlet lil immigranti Afrikani f’ibħra Taljani rċiviet xi theddid u ntbagħtet f’post sigriet, qalet il-karità li taħdem magħha, Sea-Watch.

Aqra: Il-Kaptan ta’ Sea-Watch tidher quddiem il-Qorti Taljana

Imħallef Taljana lbieraħ ordnat li Carola Rackete ta’ 31 sena tinħeles mill-arrest wara tlett ijiem arrestata meta daħlet fil-port ta’ Lampeduża. Hija kienet qed taffaċċja sa 10 snin ħabs fuq akkużi li pperikolat ħajjet erba’ uffiċjali tal-pulizija meta laqtet dgħajsa tas-salvataġġ max-xatt, meta kienet qed tiżbarka l-bastiment b’madwar 40 immigrant.

Aqra: Sea-Watch jisfida lill-Gvern Taljan billi jidħol fl-ibħra territorjali Taljani

Kelliem għal Sea-Watch qal illum li kien hemm xi theddid indirizzat lil Carola, u għalhekk, ħaduha xi mkien sigriet, imma mhux se jikkummentaw fuq pjanijiet biex isifruha.

Fi stqarrija ta’ Sea-Watch, Rackete sejħet id-deċiżjoni tal-Imħallef Alessandra Vella “rebħa kbira għas-solidarjetà lejn l-immigranti kollha u kontra l-kriminalizzazzjoni ta’ dawk li jridu jgħinuhom.” Min-naħa tiegħu, Salvini qal li kien diżgustat bid-deċiżjoni tal-Qorti.