Il-kapsuli tal-ħasil għandhom jinżammu ‘l bogħod mit-tfal

Il-kapsuli tas-sapun tal-ħasil jistgħu jkunu perikolużi għat-tfal u għalhekk għandhom jintrefgħu f’postijiet addatati.
Dan hu l-messaġġ tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi stqarrija dwar l-użu tal-kapsuli tas-sapun tal-ħasil.
L-istqarrija tispjega li l-likwidu tal-kapsuli, joħroġ malli l-membrane li jipproteġih jixxarrab.
Dawn il-kapsuli huma żgħar u l-kuluri tagħhom malajr jagħmluhom attraenti għat-tfal żgħar ħafna biex idaħħluhom ġo ħalqhom jew jilgħabu bihom. Il-kapsula tista’ tinfaqa’ malajr f’id it-tfal speċjalment jekk din tkun imxarrba. Fil-ħalq tinfaqa’ f’inqas minn 10 sekondi u tista’ tikkawża problemi serji ta’ saħħa.
Għalhekk l-Awtorità qed tqajjem kuxjenza biex prodotti bħal dawn jintrefgħu f’postijiet li t-tfal ma jistgħux jilħqu. Għandhom jinżammu wkoll fil-kontenitur oriġinali tagħhom.
F’każ li xi tifel idaħħal xi kapsula f’ħalqu, għandek tafaslu sew ħalqu u wiċċu. Jekk il-kapsula tinfaqa’ viċin l-għajnejn jew il-ħalq tat-tfal, għandek taħsel dawk il-partijiet b’ħafna ilma. Barra minn hekk għandek iċċempel tabib jew tmur l-emerġenza.