Il-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Karmelitan qed jiltaqa’ f’Ruma

Fil-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Karmelitan, li qed jiltaqa’ bħalissa f’Ruma, Patri Michael Farrugia O.Carm. li għal dawn l-aħħar erba' snin kien Provinċjal tal-Provinċja Karmelitana Maltija, ġie magħżul bħala Prokuratur Ġenerali tal-Ordni.

Barra minn hekk Patri Fernando Millan Romeral O.Carm ġie konfermat Pirjol Ġenerali tal-Ordni għas-sitt snin li ġejjin. 

Il-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni Karmelitan hija laqgħa importanti ta’ kull sitt snin għall-familja Karmelitana.

Il-Kapitlu se jibqa’ jiltaqa’ sal-21 ta’ Settembru f’Ruma, bit-tema Kelma ta’ tama u salvazzjoni – Ngħixu l-kariżma Karmelitana llum.