Il-kapijiet tal-iskejjel għandhom jinvolvu lill-ġenituri fid-deċiżjonijiet

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo enfasizza dwar l-importanza tal-irwol tal-ġenituri fl-edukazzjoni ta’ uliedhom.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Bartolo qal li jixtieq li jara l-ġenituri involuti fi strateġiji importanti fost l-oħrajn fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li tnediet riċentament.

Huwa rrefera għal studji internazzjonali li juru li l-involviment tal-ġenituri jwasslu għal aktar tagħlim.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni qal li biex il-parteċipazzjoni attiva twassal għar-riżultati mixtieqa, il-ġenituri għandhom jieħdu rwol attiv fil-ħajja skolastika ta’ uliedhom. Barraminhekk, il-Kapijiet tal-Iskejjel għandhom jinvolvu lill-ġenituri fid-deċiżjonijiet li jkunu se jieħdu.

 

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott