Il-Kap tal-PN m’għandux fiduċja fl-istudenti – PL

Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux fiduċja fl-istudenti.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li Simon Busuttil iddeskriva l-miżura tal-Gvern, li l-flus jidħlu fil-kontijiet bankarji flok fl-ismartcards, bħala 'miżura biex jintogħġob mal-istudenti.'
Sostna li Gvern Laburista mhux biss ma naqqasx l-istipendju, imma żiedu u se jibqa’ jżidu kull sena.
Il-PL qal li għal Kap tal-Oppożizzjoni, l-istudenti u ż-żgħażagħ huma biss backdrop waqt xi attività tal-massa.