Il-Kap tal-PN jiltaqa’ mal-parteċipanti tal-Lifecycle

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil laqa’ fl-uffiċċju fid-Dar Ċentrali l-Pietà, lill-parteċipanti tal-Lifecycle Challenge li aktar tard din il-ġimgħa, se jibdew l-avventura tagħhom bil-għan li jinġabru flus għall-kura fil-kliewi. Il-grupp ta’ 12-il persuna se jaqdfu total ta’ 1,850 kilometru. 
Simon Busuttil awgura kull suċċess lill-parteċipanti u rringrazzjahom tal-ħin u l-enerġija li jiddedikaw biex jiġbru l-flus għal min verament għandu bżonn.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm id-Deputati David Agius u Karl Gouder.