Aġġornata bl-awdjo: Il-Kap tal-PN Lawrence Gonzi jgħid li se jitlaq mill-kariga ta’ Kap tal-Partit

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn qal li se jitlaq mill-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa qal li fid-demokrazija jirbaħ dejjem il-poplu Malti. Se nservu lil dan il-pajjiż sabiħ taghna li ghandu potenzjal kbir li jkompli jimxi ‘l quddiem.

Ried jifraħ lil Mexxej Laburista Joseph Muscat il-Prim Ministru elett. Qal li Dr Muscat jixraqlu rispett fil-piż tat-tmexxija li se jkun qed jerfa’.

Se nagħtu sehemna biex inkomplu nirbħu l-isfidi quddiemna. Nibqgħu naraw li jkollna pajjiż li jgawdi x-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni.

Nirrispetta bis-sħiħ lil dawk kollha li ma vvutawx lill-Partit Nazzjonalista. Għandi dover nirringrazzja lill-voluntiera li ħadu sehem fil-ħidma tal-Partit Nazzjonalista u tal-Gvern.

Grazzi lil dawk kollha li ħadmu magħna b’ ġenerożità kbira. Nerfa’ responsabbiltà sħiħa u kbira ta’ din ir-riżultat.