Il-Kap tal-Oppożizzjoni jipparteċipa fis-summit tal-PPE

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ipparteċipa fis-summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussell.
Fost it-temi ewlenin li ġew diskussi matul is-summit tal-Partit Popolari Ewropew kien hemm il-pożizzjoni li l-mexxejja tal-partiti membri mistennija jieħdu dwar l-iżviluppi riċenti fl-Ukrajna u l-kriżi fil-Krimea.
Saret ukoll diskussjoni dwar l-aħħar żviluppi fil-politika Ewropea dwar l-industrija u l-kompetittività.
Matul dan is-Summit il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kellu laqgħa mal-Kanċilliera Federali tal-Ġermanja Angela Merkel.