Il-Kap tal-Kapijiet tal-mafja fost l-arrestati fi Sqallija

Il-Pulizija Taljana arrestat il-kap il-ġdid tal-Mafja fi Sqallija u 45 persuna li allegatament huma involuti. Il-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio saħaq li din kienet daqqa ta’ ħarta kbira lill-kriminalità organizzata fi Sqallija.

L-eks kap tal-kapijiet Salvatore “Toto” Riina miet fil-ħabs is-sena li għaddiet wara li kien qatta kważi 25 sena l-ħabs. Huwa kien instab ħati li ordna diversi qtil fosthom il-qtil ta’ żewġ maġistrati li ħadmu kontra l-mafja.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li fost dawk li arrestaw illum hemm Settimo Mineo l-kap tal-familji tal-mafja f’Palermo. L-uffiċjali qalu li dal-aħħar Mineo kien laħaq il-kap tal-kapijiet tal-organizazzjoni ‘Cosa Nostra’ fi Sqallija.

Fuq Instagram Di Maio qal li l-arresti huma daqqa kbira mill-istat kontra l-mafja. Mineo kien riċentament elett biex jieħu post Toto Riina wara mewtu. Di Maio saħaq li ma baqax post għal dan it-tip ta’ nies fl-Italja.