Il-kap tal-Al-Qaeda jakkuża lill-Amerikani bil-kolp ta’ stat fl-Eġittu

Fl-Eġittu messaġġ irrekordjat li qed jiġri fuq numru ta’ siti Iżlamiċi, li allegatament fih jitkellem il-Kap tal-Al Qaeda, Ayman al Zawahiri, qed jakkuża lill-Istat Amerikan li wassal għal kolp ta’ stat fl-Eġittu biex jitneħħa mill-poter l-eks-President Mohammed Morsi.

Il-messaġġ qed iħeġġeġ lill-Musulmani biex jingħaqdu sabiex l-Eġittu jibqa’ magħqud u ma jinqasamx.

Il-Kap tal-Al-Qaeda attaka wkoll lil numru ta’ Insara Koptin li fi kliemu qed iħeġġu lid-dimostanti biex jibqgħu jipprotestaw.

Aktar kmieni din il-ġimgħa fuq numru ta’ forums Iżlamiċi fuq l-internet deher messaġġ ieħor li fih il-leħen jixbaħ ħafna lil dak l-aktar riċenti.

Fil-messaġġ li deher kmieni din il-ġimgħa, il-Kap tal-Al-Qaeda ħeġġeġ lill-Musulmani fl-Eġittu biex jingħaqdu u jiġġieldu kontra t-tixrid tad-demm tal-Musulmani.