Il-kap ta’ partit fil-Ġermanja tirreżenja għax tilfet l-appoġġ

FILE PHOTO: Social Democratic Party (SPD) leader Andrea Nahles is pictured as she leaves a party faction meeting for a break at the lower house of parliament Bundestag in Berlin, Germany, May 29, 2019. REUTERS/Fabrizio Bensch

Il-Kap tal-Partit Ġermaniż Soċjalista u Demokratiku (SPD) Andrea Nahles qalet li se tkun qed tirreżenja mill-irwol taħgha u anke mill-kariga tagħha bħala l-kap tal-grupp parlamentari tal-partit wara li qalet li ma kellhiex l-appoġġ li kellha bżonn biex tibqa’ fit-tmexxija.

Din ir-riżenja ġiet wara li l-Ħodor qabżu lill-konservattivi tal-Kanċillier Angela Merkel biex isiru l-aktar partit popolari fil-Ġermanja. Dan sar magħruf minn opinion poll li wera li l-appoġġ tal-SPD kien fl-agħar livelli fl-istorja.

Fi stqarrija, Nahles qalet li d-diskussjonijiet fi ħdan il-fazzjoni parlamentari u l-kummenti li rċeviet mill-partit wrew li ma kellhiex l-appoġġ neċessarju biex tkompli taqdi d-dimirijiet tagħha.