Il-kap mafjuż Sebastiano Brunno estradit lejn l-Italja

Sebastiano Brunno, il-mafjuż Taljan li kien arrestat f’Buġibba f’Ottubru 2014, ġie estradit lejn l-Italja . Dan wara li l-Qorti Kostituzzjonali Maltija ma laqgħetx it-talba tiegħu biex ma jiġix estradit.
Brunno, li għandu 58 sena, mistenni jaffaċċja numru ta’ akkużi, fosthom qtil u assoċjazzjoni mafjuża.
Kien ilu maħrub minn Marzu tal-2009 u hu meqjus bħala persuna perikoluża.
Brunno mistenni jkompli jservi s-sentenza ta’ għomor il-ħabs.