Is-CEO jgħid li l-PL ma ppubblikax il-lista tat-tesserati

Read in English.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Dr Randolph de Battista qal li l-Partit Laburista la kiser u lanqas se jikser l-liġi tal-Protezzjoni tad-Data għax mhu se xerred id-data personali tat-tesserati tal-partit bil-konsegwenza li dawn jintalbu jgħidu l-preferenza tagħhom.

Fuq il-mezzi soċjali de Battista stqarr “f’dawn l-aħħar jiem kellmuni diversi persuni jilmentaw dwar telefonati li rċevew u ġenwinament staqsewni kif id-data tagħhom spiċċat għand in-nies.”

Il-Kap Eżekuttiv ‘farfarha’ fuq il-kandidati u qal li dawn iffirmaw dikjarazzjoni li daħlu responsabbli għal dik id-data.

“Il-verità hi li bħal kull elezzjoni interna, il-Kummissjoni Elettorali (tal-Partit Laburista) għaddiet lista ta’ nies eleġibbli…liż-żewġ kandidati,” kompla jgħid de Battista.

Fl-ahhar jiem kellmuni numru ta’ persuni jilmentaw dwar telefonati li rcevew u genwinament staqsewni kif id-data taghhom…

Posted by Randolph De Battista on Tuesday, January 7, 2020

“Il-passi li ħadet il-Kummissjoni f’dan ir-rigward dejjem kienu f’rispett sħiħ lejn il-ligi tal Protezzjoni tad-Data.

“Il-Partit Laburista qatt ma għadda u qatt mhu se jgħaddi d-data tal-membri lil xi kumpaniji terzi. Il-Partit Laburista m’ghamilx u mhux se jaghmel telefonati jistaqsi dwar il-preferenza tal-membri,” temm jgħid de Battista.

Elezzjoni għall-ħatra ta’ mexxej Laburista
17,500 tesserat Laburista se jivvutaw għal Mexxej ġdid

Hemm 17,500, il-persuni li se jkunu eleġibbli li jivvutaw fl-elezzjoni għal Mexxej Laburista.