Il-Kap Eżekuttiv tal-għaqda tal-kaċċaturi b’kariga fl-Ewropa

Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), Lino Fenech, ġie appuntat Viċi-President tal-Federazzjoni tal-Għaqdiet għall-Kaċċa u Konservazzjoni fl-Ewropa (FACE) għar-Reġjun tal-Mediterran waqt assemblea tal-istess għaqda. Ir-reġjun jinkludi lil Spanja, il-Portugal, il-Greċja, Ċipru, Monte Carlo u Malta.

Fi stqarrija, l-FKNK spjegat li Farrugia kien għamel l-ewwel kuntatt mal-FACE biex isieħeb lill-FKNK lura fl-1987, jiġifieri 31 sena ilu. Minn dakinhar huwa serva bħala d-Delegat tal-FKNK fuq il-bord tal-FACE flimkien mal-President tal-FKNK, Joseph Perici Calascione.

Farrugia qal li jħossu onorat li ġie fdat b’din il-kariga speċjalment meta qal li t-tradizzjoni soċjo-kulturali tal-kaċċa u l-insib fil-pajjiżi tal-Mediterran jinsabu mhedda. Qal li jilqa’ l-isfida u li lest jagħmel minn kollox biex il-kaċċa tibqa’ tkun prattiakta b’mod sostenibbli fil-Mediterran.