Il-Kap Eżekuttiv ta’ McDonald’s tkeċċa minħabba relazzjoni ma’ impjegata

Il-Kap Eżekuttiv u President ta’ McDonald’s Steve Easterbrook tkeċċa mill-kumpanija minħabba li l-bord sabu ħati li kiser ir-regoli tal-kumpanija minħabba relazzjoni li għandu ma’ ħaddiema. Il-bord qal li Easterbrook li ħa l-kariga fl-2015 ma mexiex sew meta daħal f’relazzjoni ma’ impjegata.

Il-kumpaija kkonfermat li Chris Kempczinski ġie maħtur fiż-żewġ karigi b’effett immedjat.

Easterbrook kiteb li t-tluq tiegħu sar minħabba li kellu din ir-relazzjoni. Sostna li “dan kien żball”. Filwaqt li kompla jgħid li minħabba l-valuri tal-kumpanija jaqbel mal-Bord li wasal iż-żmien għalija li jitlaq. Huwa wera x-xewqa li tiġi rrispettata l-privatezza tiegħu.

Huwa rrappurtat li Easterbrook qala aktar minn €14-il miljun tul is-sena li għaddiet.

Huwa aktarx iddivorzjat u għandu t-tfal u jservi fuq il-bord tad-ditta Walmart. Għal xi żmien huwa kien ukoll lettur fiċ-Ċentru tar-Reputazzjoni Korporattiva fl-Università ta’ Oxford.