Il-kanzunetta Taljana llejla waqt The Entertainers

Neville Refalo u Debbie Scerri fost il-mistednin

Janvil - The Entertainers

L-atturi Carlos Farrugia u Joseph Galea, il-kantanti Neville Refalo u Debbie Scerri, u ż-żeffiena ta’ Paul Curmi Dance Company se jkunu fost il-mistiedna ewlenin fl-edizzjoni ta’ The Entertainers, il-varjetà televiżiva tas-Sibt filgħaxija, li tixxandar fuq Net Television fit-8.30pm.

L-edizzjoni ta’ din il-ġimgħa se tkun ftit differenti għaliex it-tim tal-produzzjoni ħaseb biex jagħtiha tema u did-darba jmiss lill-kanzunetta Taljana. Hekk, il-kanzunetti kollha, minbarra dawk ta’ The Entertainers Singing Challenge li jirritorna minn nhar is-Sibt, se jkunu lkoll suċċessi Taljani minn kull żmien.

Minbarra l-mużika LIVE u d-divertiment garantit, l-ingredjenti ewlenin wara s-suċċess tal-programm, ikomplu l-isfidi u l-logħbiet divertenti bejn il-mistiedna li żgur għandhom iqanqlu tbissima fuq it-telespettatri, partikolarment fir-rokna ‘Mhux Ovvja li Jien!’

Bi preżentazzjoni tal-kantant u xowman popolari Janvil, “The Entertainers” iwasslilkom sagħtejn u nofs ta’ spettaklu b’divertiment garantit flimkien mal-band residenti mmexxija minn Mark Spiteri Lucas u bosta artisti mistiedna. Fuq kollox ir-rebħ ta’ rigali kbar u mill-isbaħ.

Attrazzjonijiet oħra jinkludu l-Cocktail Bar ma’ James Aquilina, Fashion Time flimkiena ma’ Sharon Buhagiar b’pariri siewja dwar il-moda femminili u bil-parteċipazzjoni ta’ diversi mudelli.