Il-kanzunetta ta’ Destiny illejla f’konkors fl-Awstrija

Ritratt: Facebook/ALexiaChukunyere

Illejla fit-8.15pm se tkun qed tittella’ t-tielet serata ta’ Mr. ESC proudly presents – “Der Kleine Song Contest” (The Little Song Contest) li se jsir fl-Awstrija u li fih hemm tikkompeti l-kanzunetta All of my Love, il-kanzunetta li biha Destiny Chukunyere kellha tipparteċipa fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, li tħassar minħabba fil-pandemija tal-Covid-19.

L-ewwel żewġ serati ta’ din il-kompetizzjoni ttella’ it-Tlieta 14 ta’ April u l-Ħamis 16 ta’ April bl-Iżlanda tirbaħ is-serata tat-Tlieta u Malta tirbaħ is-serata tal-Ħamis.

Illejla, f’xandira li tibda fit-8.15pm se jkun hemm il-kompetizzjoni bejn l-aħħar grupp ta’ kanzunetti beix imbagħad jiftaħ it-televoting fejn se jkunu qed jikkompetu l-kanzunetti rebbieħa minn kull serata.

Is-serata tal-lejla se tkun qed tixxandar ukoll onlajn permezz ta’ dan il-link.

Awguri Destiny!