​Il-kanun lura fil-glorja tiegħu

Il-kanun storiku taċ-Ċittadella fir-Rabat Għawdex reġa’ kiseb il-glorja tiegħu, wara li sar xogħol ta’ restawr fuqu.
F’Jannar li għadda, qarrej ta’ Newsbook.com.mt qal li l-istat tas-swar taċ-Ċittadella fosthom dan il-kanun kienu qed jagħtu impressjoni ħażina lill-eluf ta’ turisti li jżuru l-Belt Victoria.
L-istess qarrej illum qal li issa l-kanun reġa’ tqiegħed f’postu u mill-ġdid reġa’ beda jgħasses il-belt.
Ritratt fuq info@newsbook.com.mt