“Il-Kantilena” nominata għal rikonoxximent mill-UNESCO

L-eqdem dokument miktub bil-lingwa Maltija se jkun qed jiġi nominat bil-għan li jkun rikonoxxut mill-UNESCO bħala Wirt Dinji Ħaj.

Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro se tkun l-ewwel nominazzjoni ta’ Malta għall-International Memory of the World Register tal-UNESCO. Il-proċess tnieda fil-Mużew tal-Arkeoloġija fil-Belt mis-Segretarju Parlamentari għall-Kultura Jose’ Herrera.

Permezz ta’ din in-nomina, il-UNESCO se tkun qed tgħin fil-konservazzjoni u l-preservazzjoni ta’ dan id-dokument waqt li tiffaċilita l-aċċess għall-Kantilena mid-dinja kollha.

Sa llum f’dan ir-reġistru dinji, hemm inkluż ‘il fuq minn 300 dokument jew kollezjoni approvata minn iktar minn 100 pajjiż differenti. Minkejja li Malta ila msieħba fil-UNESCO għal iktar minn 50 sena, qatt ma ppreżentat dokumenti f’dan ir-reġistru.