Il-kantanta Sophie Ellis-Bextor tweġġa’ u tiddaħħal l-isptar

Permezz tal-midja soċjali, il-kantanta Ingliża ta’ 41 sena, Sophie Ellis-Bextor, tellgħet ritratt li juriha bil-maskla u l-faxex u tbenġil fuq idejha. Il-kantanta kitbet li r-ritratt qiegħed bl-abjad u bl-iswed minħabba li kien jidher pjuttost makabru li kieku tħalla bil-kulur.

Il-kantanta, magħrufa l-aktar għall-kanzunetta Murder on the Dancefloor, spjegat kif ilbieraħ filgħaxija, bħal ma tagħmel is-soltu, marret tagħmel dawra bir-rota meta tilfet il-bilanċ fil-passaġġ mal-ġenb tax-xmara Thames.

Il-waqgħa ma kinitx waħda żgħira u fil-fatt kellha tissejjaħ ambulanza wara li 4 persuni li kienu fil-viċin marru biex jagħtuha l-ewwel għajnuna.

Il-kantanta kitbet ukoll li tinsab tajba għalkemm xi ftit imdejqa u muġugħa.

Ir-ritratt sħiħ li l-kantanta tellgħet fuq il-midja soċjali