Il-kantanta Cherise Attard issir omm

Ritratt: Facebook/CheriseAttard

Awguri lill-kantanta Cherise Attard u żewġha Bjorn Pace li kmiemi llum saru ġenituri għall-ewwel darba. Huma semmew lil binhom, l-ewwel wild tagħhom, Ben.

Cherise ilha tkanta għal bosta snin u rajnieha f’festivals bħall-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2009 bil-kanzunetta Tama Fid-Dlam u fl-2015 b’Mieghek Malta Indipendenti.

Kienet ipparteċipat fil-Malta Song for Europe tal-2014 bil-kanzunetta In Too Deep. Sena qabel hija kienet rebħet il-festival L-Għanja tal-Poplu bil-kanzunetta Hawn Siġġu Nieqes ta’ Mark Spiteri Lucas u Paul Abela.

Fuq il-profil tagħha fuq Facebook, Cherise kienet tellgħet ukoll ritratt tal-kalendarju ta’ April, ix-xahar li kien mistenni li jtiwieled Ben

Awguri lil Cherise u Bjorn, u merħba liċ-ċkejken Ben!