Il-kantant tal-U2 jaf ma jkunx jista’ jdoqq aktar il-kitarra

Bono, il-kantant tal-grupp mużikali U2 qal li qed jibża li ma jkunx jista’ jkompli jdoqq il-kitarra wara l-inċident li kellu f’Novembru li għadda.
Fl-inċident fi New York, Bono kiser idu f’sitt postijiet u weġġa wkoll il-kappell ta’ għajnejh u spalltu.
F’ittra li kiteb lill-ammiraturi tiegħu, Bono qal li fil-preżent ma jistax jiċċaqlaq kif jixtieq u se jkollu jagħmel ħafna fiżjoterapija biex ikun jista’ jieħu sehem fit-tour tal-grupp fl-2015.
Bono, li għandu 54 sena qal li wara l-operazzjoni spiċċa biex parti minn idu hija tal-metall u kellu jieħu ħafna mediċini kontra l-uġiegħ.