Il-kantant tal-Linkin Park iħalli 6 itfal warajh

Tħabbret il-mewt tal-kantant tal-grupp mużikali Linkin Park Chester Bennington.
Skont il-midja internazzjonali Bennington, ta’ 41 sena, instab mejjet fir-residenza privata tiegħu f’Palos Verdes Estates f’Los Angeles għall-ħabta tat-3pm.
Fil-passat il-kantant kellu problemi tad droga u alkoħol mal-abbuż tad-droga u l-alkoħol.
Huwa kellu sitt itfal minn żewġ żwiġijiet.