Il-kantant Marco Carta fl-ewwel intervista tiegħu wara l-arrest f’Milan

Il-kantant Marco Carta llejla se jkun qed jagħti l-ewwel intervista tiegħu wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda huwa ġie arresstat waqt li kien ħiereġ minn stabbilliment tal-ħwejjeġ f’Milan. L-intervista se tixxandar waqt il-programm tal-Canale 5, Live Non e la D’Urso li jixxandar nhar ta’ Erbgħa mid-21.25 ‘il quddiem.

AQRA: Il-kantant Marco Carta arrestat: Inqabad jisraq b’€1.200 fi ħwejjeġ

Waqt din l-ewwel intervista tiegħu, il-kantant li kien rebaħ Amici, Sanremo u Tale e Quale Show, se jkun qed jgħid il-verżjoni tiegħu tal-fatti u x’wassal għall-arrest kif ukoll dak li seħħ fil-qorti Taljana s-Sibt li għadda.

AQRA: Marco Carta liberat minn kull akkuża; Il-flokkijiet misruqa ma kinux fuqu

Min kienet il-mara li kienet arresstata miegħu u li fuqha nstabu l-flokkijiet? Marco Carta llejla se jkun qed jgħid tiegħu.

Illejla wkoll waqt dan il-programm popolari ta’ Barbara D’Urso se jkompli jiġi diskuss il-każ tal-attriċi Pamela Prati li kienet ħabbret li se tiżżewweġ iżda rriżulta li l-għarus tagħha Mark Caltagirone ma kien jeżisti xejn u li kienet qed tkun mistiedna waqt ħafna programmi titkellem dwar is-suppost tieġ tagħha, li qatt ma’ sar.

Il-każ qajjem ħafna interess għax irriżulta li Prati kienet qed tagħti dawn l-intervisti minħabba li kienet qed titħallas b’eluf għalihom u qed jingħad li l-attriċi għandha problema kbira li tilgħab il-flus.

X’hemm iktar x’jingħad waqt dan il-każ li issa qed jissejjaħ Prati-Gate?

Barbara D’Urso llejla titkixxef aktar.

Waqt li jkun għaddej dan il-programm, se tkun għaddejja l-partita mis-semifinali tal-EUFA Nations League, il-Portugall kontra l-Żvezja, li se titwassal f’xandira diretta fuq Italia Uno fit-20.30.