Il-kantant Marco Carta arrestat: Inqabad jisraq b’€1.200 fi ħwejjeġ

Ilbieraħ filgħaxija, il-kantant Taljan Marco Carta, flimkien ma’ mara ta’ 53 sena, ġie arrestat fi Pjazza Duomo ta’ Milan. Dan waqt li kien ħiereġ minn stabbiliment tal-ħwejjeġ b’sitt flokkijiet li kienu jlaħħqu s-somma ta’ €1.200.

Peress li ma kienx ħallas għal dawn il-ħwejjeġ, hu u ħiereġ beda jdoqq l-alarm u nqabad twaqqaf u ġie arrestat mill-Pulizija tal-lokal.

2009: Il-mument li rebaħ Sanremo fl-2009

Il-kantant ta’ 34 sena hu popolari wara s-sehem li kien rebaħ is-seba’ edizzjoni ta’ Amici ta’ Maria De Filippi, kif ukoll l-edizzjoni tal-2009 ta’ Sanremo bil-kanzunetta La Forza Mia. Fl-2017 kien ir-rebbieħ fil-programm Tale e Quale Show.

Hu kien ta kunċert f’Għawdex f’Mejju 2009.

Il-kantant issa jistenna li jitressaq il-qorti u sadattant qed jinżamm arrestat fid-dar tiegħu.