Il-kantant Malcolm Pisani jgħin lil Puttinu f’għeluq sninu

Awguri lill-kantant Malcolm Pisani li llum qed jiċċelebra għeluq il-31 sena tiegħu. Huwa fil-fatt twieled nhar it-30 ta’ Lulju tal-1989. Għal dan il-jum, permezz tal-paġna tiegħu ta’ Facebook, Malcolm qed jitlob lil dawk li jsegwuh biex jagħtu donazzjoni lil Puttinu.

Malcolm Pisani beda jkanta fl-età ta’ 10 snin u tħarreġ taħt uħud mill-aqwa għalliema tal-vuċi. Ħa sehem f’avvenimenti kell lokali kif ukoll barra minn Malta fosthom quddiem udjenza ta’ 8,000 ruħ f’Villa Bellini fi Sqallija f’okkażjoni tal-Miss World Bikini Model International.

Sa mill-2007 Malcolm nieda bosta kanzunetti li ndaqqu mhux biss f’Malta iżda wkoll barra minn Malta. Ma naqasx ukoll milli jniedi bosta vidjows mużikali.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.