Il-kantant Kurt Anthony jiċċelebra birthday speċjali ħafna

Ritratt: Myles Azzopardi

Illum il-Hamis, il-kantant Kurt Anthony jiċċelebra l-famuż ‘lucky birthday’. Illum filfatt, is-27 ta’ Frar, qed jiċċelebra għeluq is-27 sena tiegħu.

Kurt se jkun qed iħalli pajjiżna fi ftit ġimgħat oħra biex ikompli l-vjaġġ mużikali tiegħu ġewwa r-Renju Unit. Ghal min isegwi lil Kurt, mhux sorpriża l-avventuri mużikali li ilu jgħix Kurt ġewwa Londra tul dawn l-aħħar erba’ snin. Narawh ikanta ma’ diversi mużiċisti madwar ħafna bnadi popolari fl-Ingilterra bl-iktar riċenti nhar l-Ewwel tas-Sena ġewwa Hyde Park f’Winter Wonderland flimkien mal-Band. 

Ukoll qed nistennew minn mument għall-ieħor l-ewwel kanzunetta oriġinali ta’ Kurt Anthony li ġie previst li għandha toħroġ għall-pubbliku f’Mejju li ġej. Sena impenjattiva ferm għal Kurt u minjaf forsi tkun ‘lucky’ bħall-birthday tiegħu. 

Kurt qalilna ”Minn mindu bdejt naħdem għal dil-ħolma mużikali, ż-żmien għadda żiffa. Għal birthday ma rrid xejn ħlief saħħa u iktar mużika. Mingħajr waħda minn dawk ma jkolli xejn, għax il-ħolm mużikali tiegħi jagħtini s-saħħa u l-motivazzjoni kull filgħodu x’ħin inqum u mingħajr is-saħħa, ma nkunx nista’ nibqa’ nirsisti għal dak li nixtieq’.

Nawgurawlu kull suċċess lil Kurt! Kurjużi biex naraw kif ser tiżvolġi din is-sena li ġejja għalik.