Il-kantant Geo Debono jirbaħ premju fit-Turkija

Il-kantant Geo Debono ħa sehem fix-‘Shining Star – International festival for Children & Youths’ fit-Turkija fejn rebaħ is-sezzjoni ta’ kantanti professjonali ta’ bejn il-21 u 28 sena.
Debono spjega li fil-festival ħadu sehem 34 kantant minn disa’ pajjiżi differenti fosthom il-Bulgarija, il-Litwanja, it-Turkija, ir-Rumanija, il-Kazakstan, ir-Russja, l-Ukrajina, il-Maldova u Malta.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Assoċċjazzjoni Dinjija għall-Festivals u l-Artisti Robert Cefai akkumpanja lill-Geo u kien ukoll il-Viċi President tal-ġurija internazzjonali. Kull kontinġent kellu l-ġurat tiegħu.
Fl-ispettaklu, Geo Debono interpreta l-kanzunetta “I Have Nothing” tal-kantanta Whitney Houston.