“Il-kandidati tal-PD se joħorġu taħt il-PN” – Marlene Farrugia

Il-kandidati tal-Partit Demokratiku se jikkontestaw għall-elezzjoni ġenerali taħt l-isem tal-Partit Nazzjonalista. Madankollu il-kandidati tal-PD se jiddistingwu ruħħhom hekk kif se jżommu l-kulur tagħhom tal-oranġo.
Times of Malta rrapportat li l-ftehim għadu ma ġiex iffirmat bejn iż-żewġ partiti.
Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia qalet li l-koalizzjoni bejn iż-żewġ partiti ma tistax titlef l-ewwel preferenzi fil-voti.
Saħqet li jridu joħorġu bħala tim magħqud u għalhekk bejniethom jifformaw alternattiva għall-Gvern.
Intant il-Partit Laburista qal li jifraħ lill-Partit Nazzjonalista li issa għandu żewġ kapijiet.
Min-naħa tiegħu l-Partit Nazzjonalista qal li l-PL għandu tliet kapijiet lil Keith Schembri, Konrad Mizzi u Dr. Egrant.