Il-Kanċillier Ingliż jiddispjaċih li ddeskriva lin-negozjaturi ta’ Brexit bħala “għedewwa”

Il-Kanċillier Ingliż iddeskriva lil dawk li qed jirrapreżentaw lill-Unjoni Ewropea fin-negozjati ta’ Brexit bħala “l-għeddewwa” iżda aktar tard iddispjaċih.
Waqt intervista, Philip Hammond iddeskriva lill-istess negozjaturi bħala “rivali” u qal li jaqblilhom iġibu ruħhom bħala adulti.
Minkejja dan, iżjed tard, il-Kanċillier (Ministru għall-Finanzi) kiteb fuq Twitter u qal li jiddispjaċih bil-kliem “foqra” li għażel aktar u aktar meta kien għadu qed jitkellem fuq l-għaqda li hemm bżonn.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Hammond kien ikkritikat għax qal li l-proċess li għandu jwassal għal Brexit ħoloq inċertezza u eks Kanċillier qal li bi kliemu, Hammond qed jipprova jxekkel in-negozjati.