“Il-kanċer m’għadux bilfors sentenza tal-mewt”

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-kanċer m’għadux neċessarjament sentenza tal-mewt kif kien snin ilu.
Fl-introduzzjoni tas-seminar xjentifiku dwar il-kanċer Life Sciences Park, Dr Fearne qal li dan m’għadux il-każ grazzi għar-riċerka.  Madanakollu, qal li għalkemm ir-rati ta’ fejqan qed jitjiebu, l-inċidenza tal-kanċer qed tiżdied.
Saħaq li n-nies kliniċi u riċerkaturi għandhom jaħdmu biex jiskopru aktar kif jistgħu jipprevjenu l-kanċer.
F’dan is-seminar qed jiltaqgħu l-iskejjel tal-mediċina ta’ Malta u ta’ Barts f’Londra, li huma l-aktar skejjel antiki fid-dinja.