Matul is-sena li għaddiet kien hemm sitt każijiet ta’ kanċer fost it-tfal, tliet subien u tliet ibniet.
Dawn il-każi, fost tfal taħt l-14-il sena kienu jikkonċernaw il-lewċemija u l-kanċer fil-kliewi.
Fl-2012, ġew irreġistrati 1,813-il każ ta’ kanċer fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer.
In-nisa kienu jammontaw għal 944 filwaqt li l-irġiel kienu jammontaw għal 863.
Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet matul is-sena li għaddiet, il-kanċer kien il-kaġun tal-mewt ta’ 925 persuna jew 27% tal-Maltin li mietu.
18% tan-nisa mietu kaġun tal-kanċer fis-sider, li huwa l-aktar forma ta’ kanċer komuni fost in-nisa.
L-aktar kanċer komuni fost l-irġiel huwa l-kanċer fil-pulmun u wassal għall-mewt ta’ 29% tal-irġiel.
Ir-rata ta’ kanċer fil-pulmun hija għolja kemm fost l-irġiel kif ukoll fost in-nisa.
L-ikbar numru ta’ każijiet ta’ mwiet kkaġunati mill-kanċer hija fl-età bejn il-75 u d-79 sena.