Il-Kanada trid il-verita’ dwar it-twaqqiegħ tal-Boeing Ukren

Reuters

Il-Prim Ministru Kanadiż jgħid li aktarx il-Boeing Ukren twaqqa minn missila

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qal li hemm probabbilta’ kbira li l-Boeing Ukren li iġġarraf fl-Iran din il-ġimgha b’176 persuna abbord intlaqat bi żball minn missila sparata  mill-Iranjani.

L-ajurplan tal-Ukrajin International Airlines iġġarraf ftit minuti wara li kien telaq mill-ajruport ta’ Tehran dirett lejn Kiev b’ħafna minn dawk abbord jkollhom il-Kanada bħala d-destinazzjoni finali tagħhom. 

L-ajruplan iġġarraf ftit siegħat wara li l-Iran spara numru ta’ missili lejn bażijiet Amerikani fl-Iraq. 

Infatti ftit siegħat wara li ġġarraf l-ajruplan, sorsi Amerikani kif ukoll Ukreni bdew jindikaw li hemm ħjiel li l-ajruplan seta’ intlaqat minn missila. Infatti Trudeau f’konferenzza tal-aħbarijiet f’Ottawa qal li huma ħafna s-sorsi li qed isostnu li kollox jindika li l-Boeing twaqqa minn missila.

Minn dawk abbord, 63 kienu Kanadiżi.

S’issa l-awtoritajiet Iranjani qed jeskludu xejn imma lanqas ma’jridu li l-kaxex is-suwed tal-ajruplan, li jirreġistraw kollox li jkun qed jiġri waqt il-vjaġġ, jingħataw lill-Boeing għall-analiżi.