Il-Kamra tawgura fejqan ta’ malajr lil Beppe Fenech Adami

Il-Parlament awgura fejqan ta’ malajr lill-Viċi Kap tal-PN Beppe Fenech Adami.
L-Ispeaker tal-Kamra, Anġlu Farrugia, iddedika t-talba tal-ftuħ tas-seduta tal-lejla għad-deputat Nazzjonalista li llum għamel operazzjoni importanti.
Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, David Agius, qal li l-qraba ta’ Fenech Adami jinsabu sodisfatti bl-eżitu tal-operazzjoni.
Anke l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Carmelo Abela, awgura fejqan ta’ malajr lil Fenech Adami biex jirritorna għax-xogħol tal-Kamra malajr kemm jista’ jkun.