Il-Kamra tal-Periti b’appell biex jieqaf it-twaqqigħ tal-Power Station fil-Marsa

Il-Kamra tal-Periti qed tappella lill-Gvern u lill-Enemalta biex jikkosidraw id-deċiżjoni tagħhom li jwaqqgħu partijiet mill-Power Station l-antika tal-Marsa. Dan hekk kif skont il-Kamra tal-Periti dawn  il-partijiet għandhom sinifikat arkitetoniku għall-istorja industrijali.
Fi stqarrija, il-Kamra tal-Periti nnotat li studenti universitarji u akkademċi ħarġu b’għadd ta’ proposti għas-sit tal-Power Station, sabiex jew jinbdel f’sala tal-kunċerti, f’dar tal-opra jew f’ċentru ta’ riċerka.
Qalet li filwaqt l-impjant tal-ħalib f’ Għawdex ġie skedat u ngħata l-protezzjoni, ma ġarax l-istess għas-sit tal-power stationfil-Marsa.
Saħqet li l-Awtorità tal-Ippjanar naqset milli tistudja ż-żoni industrijali f’Malta, li fi kliemha Malta hija sinjura fil-qasam industrijali u fl-assi arkitettoniċi.
Tenniet li dawn għandhom ikunu protetti.