Il-Kamra tal-Kummerċ trid COLA ta’ 58ċ mhux ta’ €1.16

Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija qed tappella lill-Gvern biex iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-Baġit li ġej, il-COLA, tkun ta’ €0.58 mhux ta’ €1.16 kif intqal f’rapporti dan l-aħħar.
Dan skont kalkoli li għamlet hi bil-formula u l-prattiċi tal-aħħar snin li madankollu ammettiet, li għandha tiġi aġġornata fl-interess tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem għax hi formula li ma tgħoddx għal-lum.
Il-Kamra qalet li l-formula l-ġdida għandha tqis l-inflazzjoni u l-produttività.